Mas Tmurx Taħseb.

 

Ma tmurx taħseb li lili se tbiddilni

Lill-mannikini tal-imgħaddi tlibbes

l-iskeletri xxiddilhom ħwejjeġ ġodda

sabiex f’għajnejn in-nies din moda ġdida.

Tillega b’qoxra ġdida kull reġistru

Qadim li mhux ħlief kopja ta’ li għandna

Narrattiva ta’ dak li llum qed jiġri

U tbellagħielna li kollox jinbidel

Biex ngħixu f’illużżjoni t’era ġdida.

Int ibqa’ għaddej kemm trid tirrombla u tgerrem

U tgħid li ma sibniex xi skuża ġdida

Biex l-għada nsebbħu u ’l-quddiem inħarsu

Għax kollox ġdid u kollox qed jinbidel.

Xkiel wieħed għandek biss: għalkemm xejjaħtni

U qed bil-ftit tmewwitni; li kont għadni

U f’dak li huwa jien qatt ma ninbidel.

 

Alfred Grech

24/03/2022

Comments

Popular posts from this blog