Qisu
Passiġġata Dal-Vjaġġ.
Qisu passiġġata dal-vjaġġ
Biex nasal ħdejk.
Bħalissa għat-telgħa
Iżda hemm it-tama
Li ma ndumx ma nsib il-wita’.
Xi kultant nitaqa’ ma min
Jurini triq b’oħra
Iżda xejn ma jkun ġara
Għax jiena nibqa’ miexi
U jekk għad ma nasalx x’għandek
Int mhux ser tlumni
Jew tagħmel ħaqq minni.
Alfred Grech
16/03/2022.
Comments
Post a Comment