U Nibgħu Hekk.

 

U nibqgħu hekk issa li x-xefaq telaq

Il-konfini ntradmu u tneħħew il-barrikati

Ma nafux aktar minn fejn sejrin nibdew

U lejn liema naħħa se nimirħu.

Jien irrid inkun għalik l-anġlu kustodju

La biss tarani u lanqas tmissni

U nkun ukoll għalik musbieħ il-lejl

Li lanqas dawl ma jagħti.

Int siekta bħall-art mogħottija bin-nida

Inti l-abbundanza tal-ħemda lejlija

Meta konniex  imgeddsa  ma xulxin

Ma tkellimniex

Meta  ħassejtx nifsek fuq sidri ma emminniex,

Illum imqar jekk ma narakx erġajt bdejt nemmen

Illum bdejt tagħmel il-mirakli  imqar jekk ma tkunx ħdejja

Illum bdejt nemmen fik imqar jekk il-bogħod minni

U tislet minn ġo ruħi it-tnegħid ta’ min mal-art imkaxkar

Illum tinsab il-ġenna

Inkella għamara tal-allat

U tħares lejja hawn isfel

Qisna dak il-midneb

Li qatt ma nidem.

Sakemm iddum b’saħħitha din l-imħabba

Inkella nfatwazzjoni. . . .

 

Illum inħobbok.

 

Alfred Grech

21/03/2022.

Comments

Popular posts from this blog