Xtajta.

 

Immensa din ix-xtajta li fiha ġejna ngħoddu ċ-ċag]aq u nħaffru fir-ramel biex insibu min il-għaliex wasalna s’hawn. Ir-ramel li ta’ kull darba mewġ il-baħar

Jimbotta taħt riġlejna.

 

Jista’ jkun li l-wesgħat li hawn madwarna ma jesgħux il-kliem kollu li rridu ngħidu lil xulxin, imma jkun biżżejjed li nħarsu f’għajnejn xulxin sabiex insibu li dal li ħsiebna kien fil-bogħod jinsab quddiemna. Għalija biżżejjed li noqgħod bil-qiegħda ħdejk nikkontempla l-ħajta tax-xefaq fil-ħemda tal-waqtiet xħin ngħodd  il-minuti. in-nifs ta’ sidrek tiela’ u nieżel u kull mewġa li toqrob lejna bit-tama ta’ qawmien li qatt ma jasal.

 

Mutu quddiem beraħ li jaqtagħlek nifsek.

 

Alfredf Grech

25/03/2022

Comments

Popular posts from this blog