Dawn Mhuma Xejn.

 

Dawn m’huma xejn għajr ħsibijiet bla fejda

U xejn ma baqa’ għajr li nista’ mmissek

Nonfoħlok ġo mnifsejk u tieħu l-ħajja.

Din tista’ ma tkun xejn għajr it-tmelliss

Li fdajt f’idejn ir-riħ jurik b’xewqati.

U jista’ jkun mingħajrek lanqas ngħaddi

Imqarr jekk inti biss għasfur tal-passa.

Kull xħin niftakar fik jien nibda nħarbex

Xi ħaġa illi għandi taħt il-ġilda

Iżda li ma nafx ngħida.

 

Alfred Grech

06/04/2022

Comments

Popular posts from this blog