Fost Dak It-Tnegħid.
Fost dak
it-tnegħid li ma jinftiehemx
Għaddieli minn
moħħi li dal-prezz
Hu għoli
wisq biex jiena nħallsu.
Int għandek
is-seħer ta’ min iġarrab
U jibqa’
mal-ħajjin u dik ir-riħa
Inebrianti li
mhix tas-soltu
Ta’ min ilu
li miet fih innifsu
Għal kemm
il-darba iżda li qatt ma ta’
Lilu nnifsu
b’mirbuh biex minn barra
Jerġa jirxoxta
fis-skiet.
Jista’ jkun
li mhux illum kellna niltaqgħu
U jista’
jkun illi l-imbatt
U l-kurrent
tal-baħar għad iwassallek il-fdal
Tal-bastiment
innawfragat mal-blat ta’ ruħek.
Ikun dakinha
li ssir tafni
Xħin il-mixja
waslet fit-tmiem tagħha.
Jiena bħal-ktieb.
Jekk ma tiftħux u tibda taqra
Qatt mhu
sejjra tkun tafni
U tkun
imbierka għal jum wieħed
Imbagħad il-ġranet
l-oħra ssir ilsiera bħall-oħrajn.
Oħroġ minn
qoxortok u urini s-sewwa tiegeħk.
Alfred
Grech
09/04/
2022.
Comments
Post a Comment