Għalhekk Saħħar Ħsibtuni.
Għalehekk
saħħar ħsibtuni
Għax wiċċi
ma nbdilx
Għalhekk qatt
ma fhimtuni
għax ħsara
ma nagħmilx.
Mhux bħal
min jibda’ gwerra
Biex jaħtaf
ta’ kulħadd
Imbagħad ma
jafx fejn wasal
Għax miegħu
ma żamm ħadd.
Inkella
beda jiekol
Ħaddieħor ma
tniffisx
l-aptit
ġieħ u ried aktar
imqar minn
ma ntrifisx.
Inweġġa
lili nnifsi
Għax jien
ikkumplikat
Taħsbuni jien
diffiċli
Inkella xi
sbukkat.
It-toqol ta’
ġo fija
Jankrani sew
mal-art
Inġorru fuq
spallejja
U naqdef
qalb l-iskart.
Għaliex
in-nies li jsaltnu
Fuq palk ta’
teatrin
U l-folla
aljenata
Tistenna jgħaddi
l-ħin.
Alfred
Grech
27/04/2022
Comments
Post a Comment