Għid Il-Kbir.

 

Dan mhuwiex l-Għid il-Kbir li na nafu

Jinżel għalxejn mil-għoli l-anġlu jħabbar

U paċi fl-art lil bnedmin ta’ rieda tajba

Għax paċi m’hawnx u qatt mhu se jkiun hawn

Jew paċi tkun tal-boloħ.

Qabel kont nissaporti aktar it-tfaqqiħ tal-kanuni

Ilumm ittarraxt.

Qabel kont inħossu aktar l-uġigħ tal-martri

Taħt l-irmied tal-gwerra

Ilum sirt inermi

Qabel kont inħoss aktar għall min ikollu jħalli l-pajjiżhu

In-nisa struprati u tfal imħollijin iltiema

Jew mitlufin għax ħadd ma ġabarhom

Illum sirt lanqas jimpurtani.

Kont aktar lest li naħfer lil min irid bis-saħħa

Tal-għodod tal-qirda li tgħaddi tiegħu

Illum m’għadnix.

Għax dakinhar kont nemmen fl-indulġenza u fl-armonija

Fix-xrka ta’ mexxeja li għandhom għal qalbom ġid il-poplu

Illum hemm biss dawk tal-quċċata

Li jirfsu fuq dahar l-imsieken

Dari kont nemmen f’min għandu qalb bħal ta’ ljun

Illum indur madwari u ma narx għajr

Ġwejjef, u min jiggranfa mal mambar tas-setgħa

U min jipposa għal xi ritratt.

 

Alfred Grech

16/04/2022

 

Comments

Popular posts from this blog