Grillu Jonqosni.

 

Sakemm tgħolluni fuq bradella

U sserħuni fuq forċina

Aqta’ kemm jitla’

Għal rasi.

Imnalla dal-lejl

M’għalqatx għajnejja

M’hemm xejn li nista’ nagħmel

Hemm biss il-pressjoni

ir-rass u t-tfesdieq

l-imbuttatura. . .

mill-bqija kurrent wieħed

dejjem għaddej.

 

Il-grillu jkun jonqosni

Biex niġbdu

Imbagħad ix-xejn

Il-baħħ, lanqas tfaqqiha.

 

Il-grillu biex inħossu jien

U jien biss

U nista’ nispara

U nista’ niddetta

Jew nagħmel li rrid.

 

Alfred Grech

25/04/2022.

Comments

Popular posts from this blog