Hekk Nibqgħu Għaddejjin.

 

Hekk nibqgħu għaddejjin

Bħall-għabra misjuqa mir-riħ

Imtaqqla bit-telf li nitilfu

Bin-nuqqas li ntaġar minn ħaġritna.

 

Ħalliel iż-żmien li fih nitwieldu

Ħalliel il-ħin li naħlu waqt li nikbru

Ħalliel l-imkien li fih insibu ruħna

Għaliex ċaħħadna minn dak kollu

Li hu għażiż għalina.

 

Ħalliela l-lembija li fiha ntagħġinna

Għax inbdilna f’xi ħadd li lanqas għadu jingħaraf

Xi ħadd li m’aħniex u lanqas qatt ma konna

U bqajna nġorru biss il-qoxra ta’ barra

Biex ħaddieħor ikun jaf min aħna.

 

Madankollu, nibqgħu għaddejjin

Naqdfu.

 

Alfred Grech

02.04.2922.


Comments

Popular posts from this blog