Illużżjoni.

 

U sewwa wkoll li tgħix taħt illużżjoni

Tqum minn filgħodu kmieni biex tiltaqa’

Imbagħad issib appuntament li tħassar

U ġrejt, għaġġilt fexfixt biex tista’ tlaħħaq.

 

“Mma b’hekk issib li rbaħt il-ħin u spazju

Biex tieħu nifs u tieqaf minn dil-ġirja

U dawra mejt iddur miegħek innifsek

U tgħix għal ftit waqtiet ir-ritmu tiegħek

Kmieni jew tard tintebaħ li fil-ħajja

Aktarx li xejn ma jkun kif tkun qed taħseb.

 

Alfred Grech

29/04/2022.

Comments

Popular posts from this blog