Imqar jekk il-baħar wiesa’ tiegħek

 

Imqar jekk il-baħar wiesa’ tiegħek

Ma jgħannaqx dan l-iskoll solitarju ta’ ħajti

Jien xorta waħda noqgħod nixtarr

l-ilwien tal-qawsalla  li bihom

imkurunaktni fit-maqdes tax-xewqat u tas-solitudni.

 

Imqar illi t-tnejn li aħna nsiru żewġ tajriet

Sabiex flimkien inkasbru

It-toqol ta’ jum imdennes t’April

Il-bogħod li hemm bejnietna

U l-għoli li fih ninqatgħu

Mill-kosbor tal-art u hekk

Nagħmlu l-qabża

Li twassalna f’dirgħajn xulxin.

 

Imqar jekk il-baħar tigħek bla tarf

Jien irird nasal sax-xifer

Naqbeż il- konfinit

Ta’ dak li nista’ mmiss u nara

Biex xi darba nirxoxta bniedem ġdid.

 

Ninsabu tit passi ’l-bogħod minn xulxin.

 

Alfred Grech

05/04/2022.

Comments

Popular posts from this blog