Reżurrezzjoni.
Imqar jekk xħin inħares lejk
Int ma tkun xejn għajr xbiegħa mnaqqxa
Il-kwiekeb ma narax fid-dlam tas-skiet
U ruħi tintebaq
Għat-tgħemiż u u l-istedina.
Imqar jekk xħin ’l-fuq inħares
Eda dawl ma jiddi għajr dak
Tal-qamar fiddien u l-frak li jarmi
Fuq wiċċ il-baħar ħiemed
Jitmattar lejn ix-xefaq.
Ġo qalbna tibqa’ t-tama
Li dan kollu mhux għalxejn
U xi darba għad xi ħadd
Jirrombla l-blata tal-qabar
Li fih ndfinna jew difnuna.
Il-blata tal-aljenazzjoni.
Alfred Grech
19/04/2022
Comments
Post a Comment