Jien Ngħidlek Li Bik F’Ħajti.

 

Jien ngħidlek li bik f’ħajti nkun aħjar

U taf li nkun qed nigdeb.

Jien ngħidlek illi mnalla kont int

Għalija u taf li mhux tassew.

L-aqwa li nferrħek ftit

Imqar jekk qed nigdiblek

Inħossni aħjar.

Inkella x’għadna nagħmlu hawn

Jekk lanqas nuggustaw

Il-ħin li nqattgħu?

Ħarisna ’l-quddiem

U nsejjna kull ħaġ’oħra

U l-ħajja għaġinniha

Bħat-tafal tal-fuħħari

U ma kien hemm ebda twissija

Li setgħet iddawrilna r-rotta

Għajr il-ħsejjes ta’ kuljum

U tfesfis li ma nstemgħax

F’widnejn li lesti li jisimgħu.

Il-mafkar li ħallejna

Jista’ ma jkunx dak li tassew ifisser

Il-ħeġġa li ħallejna

Iżda huwa l-għelm ta’ żewġt irwieħ

Imsoffija fil-purgatorju

Ta’ dak li seta’ kien mod ieħor.

 

Alfred Grech

26/04/2022

 

Comments

Popular posts from this blog