L-Erbgħa Ta’ Rmied.
Aħfrilna
Mulej għaliex dnibna
Meta l-ġrajja
tad-dinja bil-maqlub intennuha
l-ewwl
bil-biża tal-mard infettiv
jew
it-tneffiħ tiegħu mill-midja lsira ta’ min irid jaħtaf u jqarraq
u issa
mill-passi l-ġodda li mmiddu
fit-telgħa
ta kalvarju li jgaddu minnu
dawk li
jistkennu mix-xita tal-bombi,
dawk ta’
bla ħtija fl-infern tal-konfini ewropej.
Aħfrilna
Mulej għaliex dnibna
Sabiex id-dawl
jibda jiddi fid-dlam
U d-dinja
tradita tgħum fl-irmied tas-saħta tiegħek.
Fejn
nistgħu insibu xi ftit tal-mistrież?
Fejn nieħdu
ftit tan-nifs?
Hanwhekk
imqar il-kliem jirbombja
Il-ħemda
mhix biżżejjed biex issikket
La fuq
il-baħar la fl-ajru u lanqas fuq l-art
La fid-deżert
u lanqas f’dawk l-inħawi fejn tagħmel ħafna xita.
Dawk li jimxu
fid-dlam ebda dawl ma jiddilhom.
La hemm
imkien xieraq u lanqas ħin tajjeb għal-faraġ tagħom
M’hemm ebda
ħin ta’ ferħ għal dawk li jgħaddu
Mit-terremot
ta’ gwerra li qatt ma kien hemm lokha.
Aħfrilna
Mulej quddiem dan il-ħolm imfarrak
U d-delużjoni
qarsa tal-isfidi li għandna quddiemna
Bil-faqar
tal-għodod li għandna biex niġġiledulhom
U nbgħedu dal
flaġell, mit-tentazzjoni li nifexxu fil-jien
Ta’ min f’qoxortu
jidħol u ma jimpurtaħx aktar
Mit-tbatija
ta’ ħaddieħor.
Issa nibew ukoll nilgħaqu t-trab tal-art u nindilku
minn rasna sa saqajna bl-irmied quddiem
is-simulakri
suġġestivi u surreali.
Jien ukoll
irrid nagħmel l-għotja tiegħi tal-fwieħa tal-qronfol
u tal-vanilla
li jinħaraq fl-inċensier tad-dittaturi.
Issa wkoll
indawwlu l-imħuħ tagħna
Bid-dawl
tax-xema fuq il-kandelabra triangulari
Biex infakkru
għal darb’oħra il-mewt u l-passjoni
Ta’ dawk li
qed imutu bla eda fejda fl-Ukraina.
Ma jkunux
biżżejjed il-lamentazzjonijiet u l-krib
Ta’
Ġeremija.
Alfred
Grech
Erbgħa ta’
Rmied
14/04/2022.
Comments
Post a Comment