Lilek LI Qatt Ma Fhimtek.

 

Lilek li qatt ma fhimtek

Qabbiltek ma kull waħda

Bit-tama li xi darba nibda nifhem

Is-sussulti u l-burdati

Ta’ temp sfrattat li jisfida kull pronostiku.

 

U xħin qabbiltek ma ħaddieħor

Sirt nifhem ukoll lili nnifsi

U għaliex il-kalejdoskopju ta’ dil-ħajja

Fl- ebda waqt ma jittenna.

 

Bħal mewġ il-baħar jien

Imbewwes u ngħannaq ix-xtut bajdana

U bla tebgħa ta’ dinjietek.

 

Xħin bdejt intir u ndur minn warda għall-oħra

Sibt li kull waħda għandha l-fwieħa tagħha

U l-ilwien skond in-naħħa ta’ fejn tkun nibtet

Jew l-art li fiha tħawwlet b’liema ilma msoqqija

U b’liema xemx titbewwes.

 

Issa xħin naf li ma nifhmekx

Infetaħ is-separju

U sirt inħobbok aktar.

 

Alfred Grech

12/04/2022

Comments

Popular posts from this blog