Naf li
d-dinja Ma Nibdluhiex.
Naf li
d-dinja ma nibdluhiex
Imqar jekk
dakinhar il-mod kif jine inħares lejk
Kien differenti,
is-sbuħija kellha lwien oħrajn
U int kont
taf kif għandek tqanqal
l-ilimijiet
tal-għadira tiegħi.
Qosra saru
dal-waqtiet li fihom naħseb fik
U qsar
ukoll iż-żmien li fih nista’ narak
Qsaru ż-żminijiet
li fihom nistgħu
Nibdlu
l-fehema tagħna.
Iont aħsibha
xort’oħra?
Issa issa
tlaqt biex lura ma tiġix
U jien qed
nikkontempla
It-tluq
tiegħi kif se jkun.
Alfred
Grech
This comment has been removed by the author.
ReplyDelete