Sirt Xbieha.

 

Kont xbieha li nemmen fiha u li nadura

Kewkba li tiddi  fl-eqqel tax-xemx sajfija

Żiffa riħ li tqanqal u tkexkex

U li mingħajrha lanqas naf ngħix.

 

Kont qisek ġgħawra u ma nistax nitilfek

U jekk ma tweġibnix jagħtini ferħ ta’ ġenn

Mistura li ma ngħaddix mingħajrha

Il-bejta li fiha nsib il-kenn.

 

Meta kont ta’ l-eta’ tiegħek

Kont naħseb li l-mewt ma tiġi qatt.

Illum bdejt naħseb li l-mewt qiegħda

Ma kull pass li nagħti

Ma kull tektika tal-arloġġ

Ma kull nifs li nieħu.

Kif jista’ jkun kif jgħidu:

L-imħabba ma tmut qatt?

 

Alfred Grech

04/04/2022

Comments

Popular posts from this blog