Tifhimni Bla Ma Ngħidha.
Tifhimni bla ma ngħidha
U tissellef
il-ħin
Għaliex taf
li d-daqqa ta’ ħarta
Tweġġa biss
lil-min jagħtiha.
Tiġi miegħi bla ma tiġi
Għax ruħħek
ma tkunx hawn
U f’moħħok
u f’qalbek tħożż
Il-ħolm li
qatt ma jseħħ.
Tqanqil biss
Ta’ kull
filgħodu
Għal dak li
kont se tgħidli
U bqajt m’għedtulix.
Għax ilsira
aħna
Magħluqin f’gaġġa
tad-deħeb
Iżda l-ħabs
bnejnieħ aħna
Bl-għażliet
li għamilna
Bl-ubbidjenza
U ta’ kull
meta qtajna qalbna.
Alfred
Grech
18/02/2022
Comments
Post a Comment