Tqabbadni Dwejjaq Kbar,

 

Tqabbadni dwejjaq kbar tibki l-ħin kollu

Donnok lnaqas taf għax qiegħda tgħix

Lanqas naf intix tarafni

Lanqas naf tiftakarnix.

 

Id-dmugħ inixxi bħal widien

Illum aktarx li nibda’ nifhem

Hawn swat li ma jidhirx u gideb li ma jingħadx

U hemm min qed iwaħħal biss f’ħaddieħor.

 

Għalhekk qed tibki u lanqas taf għaliex

Qed tibki l-biki ta’ ħaddieħpr

Qed tibki l-biki kollu ta’ ħajjtek

Is-sogħoba kollha ħierġa

U d-dwejjaq li ġarrejt matul ħajtek.

 

 

Alfred Grech.

Il-Ġimgħa l-Kbira.

15/04/2022.

 

Comments

Popular posts from this blog