166.

Mhemmx biss il-il-ġlied u l-ħsara tal-kanuni

Li jwasslu ‘lhinn minn fejn il-muża tasal

Hemm żiffa ħelwa tilgħab qalb il-friegħi,

Hemm sbieħ il-jum bix-xemx li trid tistaħba.

Mhux biss moħqrija, għelt nuqqas ta’ fehma,

Hemm min idejħ inewwel biex iwieżen,

Hemm min il-bieb qed jiftaħ għal min safa’

Bla dar għax il-ħajjiena bla kuxxjenza.

Mhux biss il-mewt ta’ nsett li għal jum wieħed

Minn warda għall-oħra jgħin il-ħajja tkompli

Hemm it-tessut f’ħolqien li qed jinfirex

Fi ġnien il-Għeden jista’ jgħix il-bniedem.

Hemm biss il-ġiri li għad xi darba nilħqu

Tragward fejn ħadd qabilna għad ma wasal.

 

Alfred Grech

03/02022.

Comments

Popular posts from this blog