Agħtini Jum Ieħor.

 

Jum ieħor tal-inqas, jum ieħor agħtini

biex nongħos , ninħeba, nistaħba min-nies

Jum ieħor fil-hemda ta’dari biex negħreq

Fis-serħ bla nistenna jew noħlom fis-skiet.

Jum ieħor fejn nimraħ jew naħrab xi ħarba

Nitmiegħek , nitmattar fix-xejn ta’ bla żmien

Jum ieħor niġġenneb nitgħażżen bla toqol

Biex għada nisfida lid-dinja bis-sħiħ.

Jum ieħor ħa ninsa dak kollu li għedna

Dak kollu li ġmajna dak kollu li ġbidt

Dak kollu li konna bis-sabar fassalna

Inkella fassluli bla jiena ma ridt.

Ħa noqgħod nixxengel u ngħodd waħda waħda

Sekondi, minuti, t-tellieqa bla ħin

Li qatt mhu se jgħaddi bħal mewġa fuq oħra

Ħallata ballata munzell fuq xulxin.

Agħtini jum ieħor dak kollu li ftehemna

Jistenna, jitwettaq xi darba ‘l-quddiem

Dak kollu li wiegħdna nipprovdu darb’oħra

Inkella jistenna fid-dlam ta’ bla tmiem.

 

Jum ieħpr agħtini.

 

Alfred Grech

16.05.2022.

 

Comments

Popular posts from this blog