Aktarx Li M’Għadnix Niflaħ.
Aktarx li m’għadnix
niflaħ
Il-qawwa
tal-kurrenti,
Għalhekk ta’
kull filgħodu
Uġigħ jixpakka
l-menti.
It-toqol ta’
jum ieħor,
Il-baħħ
tal-eżistenza,
ix-xejn li
qed infittex
fi ħdan
l-omnipotenza.
Aktarx li m’għadnix
niflaħ
It-telgħa
tal-kalvarju,
It-toqol li
nġorr miehħi
U t-tul ta’
dal-binarju.
Għalhekk f’dil
geġwiġija
Nistaqsi liema
xorti
Tefgħetni f’dan
l-ispazju
Li ħadd ma
jissaporti.
Biex bnejna
kemm il-torri
Ħattejna bini
ieħor
U dorna
d-dinja kollha
U bqajna
bħal ħaddieħor.
Aktarx li m’għadnix
niflaħ
’L-bogħod aktar
inħares
Is-seħer
mar u telaq
Itiehem kollox
qares.
Alfred
Grech
17/05/2022
Comments
Post a Comment