Għalaqt il-bieb u t-tifkiriet ħassartli
Għalaqt
il-bieb u t-tifkiriet ħassartli
Li miegħek
kont iġġorr li bħal fanali
Fi dlam ta’
din il-mixja jsiru kwiekeb.
Għalaqt
il-bieb u jisgħobik bil-bosta
Waqtiet fil-vjaġġ
ta’ ferrovija għamja
Bħal ġugarell
idur fuq il-binarji
F’ċirku
vizzju sakemm il-ħabel jieqaf.
Ja ħalliem,
għaliex kull darba tieqaf
U ma tarax
lilhinn miċ-ċpar li jaqa’
Sa issa
għandek xorti illi temmen
Li t-tmiem
jinsab il-bogħod u ddom kemm tista’
Ġabriet ta’tifkiriet
għanjiet li jtennu
Waqtiet li
qatt ma tinsa jibqgħu jidwu.
Alfred
Grech
10/05/2022
Comments
Post a Comment