'image.png' failed to upload. RpcError

Għax ħadna għall-għarrieda.

 

Għax ħadna għall-għarrieda

U ġie ma nafx minn fejn

Dal mostru refa’ rasu

U ma tgħallimna xejn.

 

Irid u aktar jaħtaf

Ma dak li għandu jżid

Ijassar lil ta’ taħtu

U jagħmel kif irid.

 

Il-ħija ta’ min hi

Ta’ min band’oħra jħares?

Min raqad, min ma qamx

U qed inpattu qares.

 

Alfred Grech

31/05/2022

Comments

Popular posts from this blog