Ġol-Infinit Bla Xefaq.
Kif taħrab
it-twerwir ta’ xħin tkun waħdek
Mal-ħsieb
qalil ta’ dak li jista’ jiġri,
Il-ħemda,
is-skiet tat-tqailiet bla sabar
l-uġih ta’
kull offiża tinsa’ għal dejjem.
Aħjar li
ġejt għasfur ħellies nittajjar
U ngħix
għal ftit waqtiet żernieq il-għodwa
Imqar jekk
bla ma naf hemm il-kundanna
Ta’
kaċċatur bla ħsieb li l-grilli jiġbed.
Talinqas ma
nkunx naf li hemm il-qirda
U l-ftit
waqtiet fil-qosor ta’ din ħajti
Inkun għaddejt
bla toqol u nittajjar
Taħt sema’
blu ġol-infinit bla xefaq.
Alfred
Grech
30-04-2022.
Comments
Post a Comment