Issemmilix Il-Gwerer.
Issemmilix il gwerer u l-istraġi,
Tkissir, tifrik imwiet ta’ min bla ħtija
Għajjew għajnejja jixdhu distruzzjoni
Ta’ dak li l-bnieden bena b’għerf u għaqal.
Irrid nitgħallem kif il-bniedem jista’
Jgħix f’armonija ma kull m’hawn madwarru
Minflok kull darba jmur għal għelt il-ħażen
Fl-għażliet li jagħmel barra l-ġnien tal-Għeden.
Tkeċċa għaliex f’qaddisu hemm il-qirda
Nebbieta li l-imgħoddi mhux se jagħallem
U ebda ġrajja ħajja fit-tflira
Mhu sejra qatt isservi ta’ lezzjoni.
Alfred Grech
01/04/2022.
Comments
Post a Comment