Irrid Inħaresd
Lejk.
Irrid
inħares lejk talinqas għal darb’pħra
Sabiex l-imwieġ
li tqajjem intiisiru bħax-xintilli
Jinbidlu f’musbieħ
il-lejl xħin naħbat ningiref.
Ibeżżgħani
l-imgħoddi tiegħek
Għax jagħmlek
int min int
U mhux
biżżejjed titlob maħfra
Għax il-maħfra
dejjem tingħata
Iżda l-korrot
maħfra ma jitlob qatt.
Kien hemm żmien
li konna ngħidu
Baqa’ żmien
biex naħsbu fuq hekk
Iżd’issa ż-żmien
li nibdew naħseb
Għax il-waqt
jinsab fil-qrib.
Bil-kemm
inżomm f’wiċ l-ilma ta’ nifs il-ħajja
Li niżlet
fil-qiegħ u dallmet dak kollu
Li fis-sabiż
kien ifakkarna
U bqajna
ngħumu nistaqsu għaliex.
Alfred
Grech
19/05/2022.
Comments
Post a Comment