Jekk Għad Tegħreq.

 

Jekk għad tegħreq fil-bir tiegħek

l-ebda ħabel ma jnewwlulek

id-dalm biss jista’ jifdilek

is-skiet iswed ta’ bil-lejl

u l-mixja twila lilhemm minn dak li taf

kull filgħxija biex intitħassar kull tħarbixa

li ma wasslet għall-ebda tweġiba.

Jista’ jkun li tibda toħlom

Jista’ jkun li ħmar il-lejl

Jista’ jkun li d-dell imkabbar

Jista’ jkun li d-dawl tax-xemx

U mifrux ma ħajt imbajjad.

 

Iżda jekk għad taqa’ fil-bir

tal-eżistenza tiegħek

Il-waqa’ tkun waħda ħielsa

U ebda ħabel ma jnewwlulek

U minn hemm Ma terġsa’ titla’

Qatt aktar.

 

Alfred Grech

27/05/2022

 

Comments

Popular posts from this blog