Jien Negħreq.


 

Jien negħreq fiċ-ċpar ta’ filgħodu

Kurrenti jinġarru mill-beraħ

Imqar jekk ma skoll nista’ nqabbad

Xi darba fejn jien għad nintebaħ.

 

Jinġarru l-widien sa kull xtajta

Hemmhekk jista jkun li jispiċċa

Perkors ta’ kull tama u kull ħolma

Li fassal destin biċċa biċċa.

 

U nilgħab il-logħoba miskina

Bħal dak li m’għandux biex jiftaħar

Bħal bċejjeċ tal- għuda mormija

Mal-mewġ li jiżżeffen fil-baħar.

 

Alfred Grech

26/05/2022

Comments

Popular posts from this blog