La Titlef Qatt Is-Sebħ Ta’ Jum Xbubitek.

 

La titlef qatt is-sebħ ta’ jum xbubitek

Taf tmiss is-sema bla ma tmiss is-sħab

Imbagħad b’għajnejk titbiegħek bla ma timxi

U tibqa għaddejja bla ma tmiss it-trab.

 

La tiddejjaqx iċċaflas f’art imxarrba

It-tama titlef qatt fi tlugħ ix-xemx,

Għax il-burraxki jħarrku l’ilma qiegħed

Jekk taqta’ qalbek fittex fejn ma hemmx.

 

U jekk jinħtieġ, bħas-sriep il-ġilda biddel

Biex lanqas ma tingħaraf minn kulħadd

U r-rotta dawwar jekk fejn inti sejjra

Taf żgur li għadu qatt ma wasal ħadd.

 

U qis li lanqas titlaq jew titbiegħed

Għax l-ispettaklu hawn u ilu mwiegħed.

 

Alfred Grech

18/05/2022.

Comments

Popular posts from this blog