Meta Xejn.
Meta xejn
ma jrid jingrana
U f’idejk il-pinna
għalxejn
Minn fejn
ġejja dit-taħrika
It-tinbixa,
għid minn fejn?
Meta xejn
ma jkun qed jaqbel
U trid
tqabbel imma għalxejn
Liema lewn
ser taqbad tagħżel
U se ġġibu
dan minn fejn?
Meta tkun
trid tgħanni għanja
Iżda l-leħen
ma jiġikx
Ma tiġikx
il-leħma lanqas
Iżda r-rieda
ma tħallikx.
X’taqbad
tagħmel? Lejn ix-xefaq
Tħares fiss.
Ma tmiddx idejk
Sakemm terġa’
tiġi lura
It-tbissima
fuq xufftejk.
Alfred
Grech
25/05/2022
Comments
Post a Comment