Mixja.

 

Irrid li nibda nimxi,

Il-mixja ta’ nofs pass

Biex nibqa’ sħiħ u qawwi

U ninsa’ l-hemm trapass.

 

Irrid inkompli nimxi

U l-mixi jkun fit-tul,

Mhux żgur se naqta’ nifsi

Jagħmluli xi magħmul.

 

Għax twila din il-mixja

U tħares trid fit-tul,

U kemm il-darba nieqaf

Insib li kont mifxul.

 

Alfred Grech

28/05/2022

Comments

Popular posts from this blog