PUTIN.

 

Konna ħsibna li wara s-seklu l-ieħor

Bil-mewt tal-bombi nukleari mdendla

Il-bniedem tgħallem ħaġa li fid-dinja

Aħjar fis-sliema jgħix min flok fil-biża.

 

Fiż-żmienijiet id-dlam int tfajtna lura

Fi-żmien u l-ambizzjoni tal-imperi

Erġajt tellifna l-fidi f’dehen il-bniedem

U mlejt l-ispazji kollha bil-Jien tiegħek

Ta’ min fis-setgħa siker u l-kburija

Ta’ min għadu bil-wisq u jrid bla xaba’

Bil- ġenn ta’ min  iħares biss sa mnieħru

Jew jaħseb illi d-dinja li jgħix fiha

Mhix għajr xi karussel iddur madwaru.

 

Imsejken u fieragħ il-ħsieb tal-bniedem

Li jitla’ l-fuq mis-sħab minħajr ma jbassar

Li għad triq tiġi l-waqa’ iżda taħtu

Hemm biss il baħħ. Mhemm xejn x’jista’ jilqagħlu.

 

And all the king’s horses and all the king’s men

Could not put Humpty Dumpty together again.

 

Alfred Grech

02/05/2022

Comments

Popular posts from this blog