Xi Trid Nagħtik?

 

Xi trid nagħtik biex terġa’ ’l-fuq terfagħni

Sbuħitek tiżboq saħansitra x-xemx

Dirgħajk iftaħli biex tilqagħni għandek

Fit-telfa ta’ tqanqil li bħalu mhemmx.

 

Xi tridni nagħmel, nogħola fuq xi sħaba

Ta’ surtek tifrex mant imxellel ħjut

Biex nerġgħu lura għal ferħ mingħajr indiema

Bħal gawwi jtir u lura għal fuq ix-xtut.

 

X’inhu l-prezz li għad irrid inħallas

Sabiex ikolli lilek għal ftit ħin?

Impinġu kwadri u jibqa ta’ tifkira

Jibqa’  mudell li jservi tul is-snin.

 

U jekk jien minn ġo l-arka lilek nibgħat

Ħamiema bajda tgħidli qbadniex l-art

Għax issa drajna ngħixu l-bogħod mill-kotra

Ġo maltempati u ilma li dardart.

 

Alfred Grech

21/05/2022.

Comments

Popular posts from this blog