Aljenati.

 

Aljenti fuq xarbank li nirkbu ta’ kuljum

Biex b’hekk iż-żmien għaddej

Bla ma nintebħu.

 

Baħar li jegħleb bil-mewġ tiegħu

Kull twemmin

Kull pilastru

U kull irmiġġ li miegħu konna norbtu

l-eżistenza tagħna

biex toħroġ xi tifsira

ta’ dak li nagħmlu jew naraw

iħallu blugħa fil-moħħ u l-qalb

ta’ min tassew irid iqum min nagħas

u jibda’ jaħseb.

 

Qisa partita din fuq art imballta

Bejn id-dilettanti

Nitpaxxew u nistennew

Biex naraw x’ser ikun

Ir-riżultat.

 

Alfred Grech

23/06/2022.

Comments

Popular posts from this blog