Bit-Togħma Tal-Eternita’.
Bit-togħma tal-eternita’ fuq xofftejk
Fi nżul
ix-xemx imdemmi
Bħal ġrajja
li ġa’ għextha
Bħal narrattiva
li tennejtha kull tant żmien
Meta tibda
tinsa’ t-tiġrib li għaddejt minnu
U tilmaħ
xefaq ieħor u taħħsbu li hu ġdid.
Jien
noqgħod hawn nistenna li jiġi l-waqt
Bil-ħsejjes
ta’ mewġ il-baħar jirbombja fi ħsiebi
Akkompanjata
mis-sinfonija tal-għasafar
Fost id-dwawar
imġarrfa tan-nassaba
U l-fwieħa
tas-sagħtar ifeffaħ fi żmienu.
Lanqs
is-skiet ta’ nżul ix-xemx ma jibqa’ li kien.
Alfred
Grech
12/06/2022.
Comments
Post a Comment