Ċittadin.
Int trid
tiltaqa’ miegħi
U tgħid li
ma fhimtnix
Inella m’għaraftnix
U ttini
dahrek u terġa titlaq
Għax twelidt
taħt kewkba li tiġġerra.
Jien nibqa’
hawnhekk
Minsub fuq dan
l-iskoll
Iżda xorta
waħda niqa’ ngħid
Li jiena ċittadint
tad-dinja.
Il-ġwienaħ
ma ftaħthomx
Iżda d-dinja
kollha dortha
Fir-ruħ u
fil-ħsieb
Bl-aptit li
ma jaqtax.
Alfred
Grech
02-06-2022
Comments
Post a Comment