Diġa’ M’Aħniex Qed Naqblu.
Diġa’ m’aħniex
qed naqblu
Fuq ħafna
affarijiet,
Kif trid li
aħna ngħixu
Fis-sliem
mingħajt inkwiet?
Diġa’ hawn
qabża kbira
Minn dak li
taf u tgħid
U qatt mhu
ser inġonġu
It-truf
jinsabu l-bgħid.
Mhux billi
hemm il-ġibda
Mhux billi
ma tieqafx
Il-qalb li
dejjem tħabbat
Ħlief tħobb
tgħid li ma tafx.
Jinħtieġ li l–passiġġata
Nimxuha t-tnejn
flimkien
U nafu li
jinbidel
Flimkien mal-ġilda
ż-żmien.
Alfred
Grech
22-06-2022.
Comments
Post a Comment