Għalxejn Qed Toħlom Li Xi Darba.
GĦalxejn
qed toħlom li xi darba
Għad tifhem
f’liema għanqbuta
Qed titbexkel
Għax lanqas
jinġabar il-kosbor
Li nefaħ ir-riħ
Kull tfiefa
tixxengel
Tmejjel rasha
u tħalli lil min jgħaddi.
Il-ħabel li
newwiltli
Ma jagmilx
rabta
U lanqas
is-sellum sas-sema ma jwassal.
Il-frott li
twaqqa’ mis-sġra
Ikun għadu
lanqas sar.
Jekk trid
tilgħab bil-misteri
l-infern u
l-ġenna jinsabu fik
u tħokk mal-iskadli
taħt qamar kwinta
biex
imbagħad tgħid li jien drogat.
Għandek
il-kalvarju tiegħrek x’titla’
Lili waddabni
wara kull xħin trid
Jien xorta
ngħożż u nifhem dak li tgħidli
U kull ħarba
moħbija tiftaħlek għajnek.
Alfred
Grech
06/06/2022.
Comments
Post a Comment