Ikkalpestat Taħt Iż-Żraben

 

Meta tintemm din il-ġrajja

Bħal kull rakkont ieħor

Li għandu mid-dramm dramm li jintemm

Bil-mewt tal-prim karattru;

Meta l-hena u s-sliem huma biss

Oasi f’dan il-vjaġġ;

Meta tispiċċa din l-istorja

Li konfini m’għandhiex

Għandha biss il-barrikati

Tiġrib u tfixkil

Ta’ minn għadu ma sabx

In-niċċa tiegħu:

Ilsieni jitqal

U ma nafx liema talba nista’ nagħmel

Il-kliem isir frak u żrar

Ikkalpestat taħt iż-żraben.

 

Alfred Grech

20.06/2022.

Comments

Popular posts from this blog