Ilma Tal-Qiegħ.

 

Jekk ma niktibhiex illum

Niktibha għada

Imqar jekk m’għandhiex ritmu

Imqar ‘kk ma tirrimax

In-nixxiegħa dejjem ġejja

L-ilma ma jaqta’ qatt.

 

U jekk jinħtieġ

Inħaffru spiera

U ntellgħu l-ilma

Minn ġol-qiegħ

Ilma frik

Ilma ċar

Ilma bnin

Ilma tal-qiegħ.

 

Alfred Grech

10/06/2022

Comments

Popular posts from this blog