Int Ukoll Bint L-iħirsa.
Int ukoll bint l-iħirsa, il-ponn t’idek tiftaħ
Ħa tħalli
bħax-xintilli kwiekeb jaqgħu
Inkella tiżboħ
l-aħmar fuq it-tila
Fit-tarf ta’ jum inin ta’ sema sajfi.
Int dehra
bla sustanza bħal xi ħolma
Biex tgħinni
nderri dawn il-jiem li fadal
Ukoll suġġeritur
f’dan it-teatru
Bla palk li
fuqu ngħix traġikummiedja
Ta’ bla
kopjun.
Int tgħinni mbagħad insalpa
Bħallkieku tal-punent
kont il-kewkba tiddi
Jew tgħinni
mingħajr boxla ninnaviga
Lilhinn minn
fejn ix-xemx tmur biex tinħeba
Int li sirt fissazzjoni, il-bogħod ħudni
Il-bogħod
mit-tentazzjoni illi nagħmel
Mill-iħirsa
monumenti li jibqgħu.
Alfred
Grech
28/06/2022.
Comments
Post a Comment