Jekk Tasal Għad Xi darba.

 

Jekk tasal għad xi darba

Fil-ħajja ta’ kuljum

Tistaqsi l-mistoqsija

Hux hawn hu posti llum.

 

Jekk tħoss ġo fik id-dwejjaq

Xħin tħares minn fejn tlaqt

Fi triqtek terġa’ lura

U tiżen dan il-waqt.

 

U tħoss li bniedem ieħor

Stajt kont, illum mibdul

Għax kantuniera b’oħra

Stajt dort għax kont mifxul.

 

Qagħad tisma’ minn ħaddieħor

U domt m’għamilt il-pass

Jew bżajt li stajt tintilef

U tagħmel xi frakass.

 

Tibżax għax mintix waħdek

Mijiet u eluf ta’ nies

Qed jagħmlu xogħol mhux tagħom

U l-oiena tkun bla qies.

 

Imbagħad li jifdi kollox

Għax tibqa’ aljenat

U tilqa’ mbagħad l-isfida

Fis-sakra bħal sfrattat.

 

Alfred Grech

17/06/2022.

Comments

Popular posts from this blog