Jekk Nieqfu.

 

Jekk nieqfu ftit u ma nibqgħux immewgu

U naqdfu qisna lsira taħt il-frosta

Tal-argużin: jekk nieqfu għal waqt wieħed

U naħsbu ftit x’ser nagħmlu x’missna għamilna’

Imqar il-ġrajjiet jieqfu, u magħhom jieqaf

Ukoll il-Ħin.

 

Jekk naħsbu għal waqt wieħed li mhemmx x’tagħmel,

Xħin tieqaf dat-traġedja u melodrama

Dak kollu milli għedna u li għamilna

Tista’ tarmieħ; għax issa hu l-waqt li wieħed

Bla ħsieb u mingħajr biża’ jista’ jifhem

Għaliex fil-ċokon tiegħu isir jixbaħ

l-eternita’

 

Alfred Grech

04/06/2022

Comments

Popular posts from this blog