Jien nixtieqlek.
Jien
nixtieqlek l-għodwa t-tajba
Nerġa’
nibda’ mnejn ħallejt
Ħelwa l-għanja
li nintona
Fuq il-kordi
li missejt.
Rifsa waħda
u terġa’ tibda’
Fit-tfittxija
ta’ kuljum
Melodija
matutina
Biex kull
mibdi jkun mitmum.
Xtaqt
ngħannilek bħall-għasafar
Bħal poeti
b’vers mexxej
Ir-riħ
jinfoħ żiffa ħelwa
Ta’ kliem
sieber bħall-għannej.
Fil-misteru
jien ħaddantek
Tas-sbuħija
f’dawl għajnejk
Xħin
titbissem jien nintrefa’
Tiddi x-xemx
fuq dawl ħaddejk.
Alfred
Grech.
27/06/2022.
Comments
Post a Comment