Jista’ Jkun.

 

Jista’ jkun li qatt daqs illum ma ħassejtha

ix-xafra tinfed bla ma ntbaħt min huwa l-għadu

Bla ma ntbaħt min hu x-xitan.

 

Jista’ jkun lil d-duħħan taċ-ċifċifogu

Qered ukoll it-tifkira tal-midfen mingħajr mafkar.

Iżda inti kont hawnhekk miegħi il-ħin kollu

Fit-tmellis taż-żiffa riħ li tqajjem tkexkixiet

Fil-għana tal-għasafar, fl-ilwien ta’ kull qawsalla

U fil-fwieħa tal-ward iħeġġeġ f’nofs Ġunju

Qalb il-bini tal-konkrit u t-toroq tal-asfalt.

 

Iva int hawn kont tagħġen il-ħolm tiegħi

Biex tgħidli meta għandi nistejqer

U nqum min-ngħas tal-bruda.

 

Ibqa’ hawn u la titbiegħedx

U ibqa’ qajjimni f’nofs ta’ lejl

Bħas-sentinella tal- qui vive.

 

Alfred Grech.

12/06/2022

L-anniversarju mil-mewt ta’

Valerie.

Comments

Popular posts from this blog