La Terġgħax Lura.

 

La terġgħax lura qatt iżjed

Għal fuq l-istess fergħa

Inti li ttir u tħobb

Iżżur mill-ġdid l-istess inħawi

Għax darek hi f’kull post

Li jista’ jsejjaħ ismek.

 

La terġasx lura għall-istess tema

Għax kull ma tgħid jiqras u jindara

U s-sewwa jibda jitlef l-ilwien tiegħu.

Iżd’inti ġwenħajk tad-deheb

Mur tir il-bogħod kemm tista’

Il-fuq mill-qċaċet ta’ did-dinja

Fejn iż-żernieq jidher sabiħ

Fejn għad tkun tista’ tikxef

Art għammiela aktar minn dal-gżejjer

Inkella xi oasi f’nofs deżert

Fejn jgħammru mingħajr qerq

U bla mistħija

Dawk li ta’ madwarhom jagħmluh ġenna.

 

Alfred Grech

30-06-2022.

Comments

Popular posts from this blog