Naħħ’ Oħra Mhemmx.
Ma
jibqgħalekx biex tiftaħar
Ħrift u
r-rix waqgħalek kollu.
Ħarist f’għajnejn
il-mera, naf,
Iżda xħin
idejk daħħalt fil-ħalq tal-verita’
Dan baqa’
sieket.
Ma
jibqgħalekx biex tifktaħar
l-gidba
għextha kemm il-darba
imqar jekk
teatrin qat ma rreċtajtu
bqajt
waħdek fuq il-palk
mingħajr
id-dawl tar-rifletturi
mingħajr
udjenza.
Ma
jibgħalekx biex tiftaħar,
Ċħadt lill-kulħadd
Bħalma ċħadt
lilek innifsek.
Għalxejn
tagħtini tort
Int bħali
tagħmel
Xħin tħares
il-bogħod
Lejn xefaq
qed jitbiegħed
Bin-nuċċali
tax-xemx.
Taqdef kemm
taqdef
Ġo baħar
it-tama
Qatt mhu se
tasal
Għaliex naħħ’
oħra mhemmx
Mhemmx skoll
fuqhiex tinkalja
Mhemmx xtajta
fejn tista’ tistrieħ.
Alfred
Grech
22/06/2022.
Comments
Post a Comment