Nawfraġju.

 

Għax hekk qalulna

Nerġgħu nibnu lilna nfusna mill-ġdid

Wara li nkunu w’qajna minn jaf

Il-kemm sular

U jgħidulna li b’dan il-madmad fuq spallejna

Il-madmad tal-ubbidjenza

Tal-konformita’

Nistgħu nibdew mill-ġdid.

Sadanittant iż-żmien għaddej

U tlifna l-ferrovija.

 

Il-madmad li tgħabbejna fih

Il-madmad li trabbejn fih

Il-jasar il-ġdid tagħna

Ħalli jgħidulna

U aħna nemmnuhom

Il-ħajja tista’ tkompli

U għada jisbaħ jum ġdid.

Hekk biss isseħħ il-ħolma

Hekk biss in-narrattiva

Hekk biss l-illużżjoni

Tridimensjonali.

Hekk biss in-nawfraġju

Ma kull skoll li miegħu niltaqgħu.

 

Alfred Grech

18/06/2022.

Comments

Popular posts from this blog